Fil-Bandla
Fil-bandla bejn il-ħtieġa
Li tlaħħaq ma dil-ħajja
U l-patt li lilek inħallik
Tgħix ħienja fi ġnien
il-Għeden
Nitbandal jiena.
Jekk issa nsejt jien x’ridt
ingħidlek
Għax moħħi ma tagħnix
Jew ma kienx hawn
Jew kont imbiegħda minni
Int ħsibt li din xorti
ħażina
Inkella gax naħlu l-ħin
Fuq din il-mejda skarsa.
Jekk dan li qed naraw hu
biss il-bidu
Ta’ binja bħalma tibni xehda
n-naħla
U tkun int merħba bik
U lilek nilqa’ jien
B’dirghajja miftuħa
Ħekk nibda nerġa, nħobbok
Bħalma ħabbejt dahri.
Alfred Grech
29/05/2019