Bandaltni Waħda Sewwa.
Bandaltni
waħda sewwa
Għax taf
tipprovokani
U jien ma
fhimt xejn aktar
Għax kollox
spiċċa sewwa.
Staqsejt għadekx
tiftakar,
Weġibtni bi
tbissima,
Bħal kieku
kont assenti
Għax ħsiebek
autostrada.
Sejjaħtli
bla ma rajtni
U jien
bdejt naħseb b’qalbi,
Mad-daqqa t’għajn
l-imħabba
U b’ruħhek
bdejt tibdilni.
Iltqajna
t-tnejn fuq sħaba
Mingħajr ma
konna nafu
Il-ħajja
bħal ħuġġieġa
bin-nar
nilgħabu bdejna.
Iltqajna
t-tnejn fuq sħaba
U d-dinja
bdiet tinbidel,
Inżajna u
sibna ruħna
Għarwiena u
mhux mill-ħwejjeġ.
Alfred
Grech.
15/05/2019
No comments:
Post a Comment