Sans Papiers*
Aħna li ġejjin mill-bogħod
bla ma ninagħrfu
Mill- mogħdijiet il-qodma
Uċuħ mingħajr fattizzi,
Uħud ta’ mingħajr isem,
Li naqbzu fuqkom bħalma
jaqbu l-ħallelin inkiss inkiss . . .
Nitolbukom saqaf fuq rasna biex
il kera jibqa’ jogħla.
Aħna l-barranin bla
passaporti
Mingħajr il-karta
tal-identita’
Nixxabbtu mal-kanċelli
tal-palazzi tagħkom
Nnitolbu ażil.
Aħna eluf fit-truf ta’ xtutkom
Ta’ kull tagħlim, ta’ kull
kulur, u kull ilsien
Ġejna biex nieħdu s-sura
tagħkom jew nibdluha
Ġejna bl-għeluf u dalwaqt
insiru elef t’għeluf
U saħansitra bil-miljuni,
Irridu nsiru l-kotra fuq din
l-art mibjgħa
Għal tletin biċċa.
Aħna ġejna hawnhekk ħafjin,
bla dar u mingħajr għaxja ta’ lejla
Ġejna hawnhekk nitkarrbu x-xogħol
Tal-isfruttar
Tal- jasar il-ġdid
Sabiex l-imperi jkomplu
jikbru.
Aħna ninsabu hawn fostkom
Fil-qalba tagħkom u ma
ntbaħtux
Għax tliftu sehemkom,
l-għarfien ta’ min intom,
Tliftu qalbkom, tliftu
wiċċkom,
U sirtu intom issa ma
tingħarfux.
Hawnhekk qiegħdin
Fil-bibien tal-ibliet
tagħkom
Fl-ibliet tal-gżira tagħkom
Fil-gżira tal-belt tagħkom.
Għaliex id-dinja nqalbet
Sirna aħna nikkmandaw
ir-ritmi l-ġodda
U intom spettaturi
ndifferenti
Biex tixhdu li tisimgħu u
taraw.
Aħna l-barranin tal-gżira
tagħkom
Il-barranin bla dokumenti
Aħna l-irġiel u n-sia ta’
bla saqaf
Iċ-ċorma tat-triqat
Nitolbu l-ażil.
Alfred Grech.
09/05/2019
*Immudellata fuq il-lirika “Sans
Papeirs” mill musical “Notre Dame De Paris”.
No comments:
Post a Comment