Ġejt Hawnhekk.
Ġejt hawnhekk nistenna
l-poeżija,
U issa li poeżija ma ġietx
Sirt int il-muża.
Ġejt hawn infittex ftit mistrieħ
Infittex ftit aljenazzjoni
Iżd’issa li ġejt int
Kun int it-tentazzjoni.
Int sabiħa fuq is-sbieħ u
l-ferħ hu sehmek
Bħal merżuq dawl fid-dlam tal-ġrajja
Bħal xaqq ta’ tama’ l-miġja
tiegħek.
LI kieku naf li kont tfittixni
Kont nistaħba.
Alfred Grech.
06/05/2019.
No comments:
Post a Comment