Int Kont ‘l-Fuq Mill-Ħin.
Int kont ’l-fuq mil-ħin kont hemm minn dejjem,
Kull meta d-dellijiet
jitwalu aktar,
Kull meta l-jiem jiqsaru u jibda jwerżaq
Il-werżieq. Kont il bogħod, ftit il-bogħod aktar.
Imm’int minn dejjem
kont fil-ġuf tax-xewqa
U jiena ngħodd il ħoss ta’ kull
tektika.
Ma jagħraf ebda żmien in-nuqqas tiegħek.
Mhux dak li jien ninħtieġ kien qed ikiddni
Li jkiddni kien il-bogħod li hemm bejnietna.
Kun af li l-istennija hi agħar mill-firda,
Bħal meta l-minutiera tibda teħel
l-għajnejn ifittxu dak li tkun tistenna
Iż- żmien ma jieqaf qatt jew jgħaddi jiġri
int biss trid timla’ l-baħħ tal-eżistenza
għax in-nuqqas bħal ħin li jirrikorri.
Alfred Grech
14/05/2019
No comments:
Post a Comment