Xħin Tgħaddi.
Xħin tgħaddi ħajjetek kollha
tagħmel li kont tagħmel
Tistaqsi: Din ħajjti?
U ssib li nhemm xejn ġdid
Minn dak li stajt titgħallem
Għajr kif titgħallem tgħix
fil-kumdita’.
Xħin tgħaddi ħajjtek kollha
tagħmel li kont tagħmel
Tkun sirt espert,
speċjaliżżat
Xi ħadd ta’ professjoni
U taqbeż lil ħaddieħor li
xejn ma jifhem.
Issib li tkun imdawwar
Min min ma jistax jifhmek.
Alfred Grech
27/05/2019
No comments:
Post a Comment