Pupa tal-Purċellana.
(Lil Sharon)
L-ewwel darba li kont rajtha
Iċċassajt, jew ma nafx
x’kien,
Ħsibtni qbadt kont ma xi
oħra,
Ċpar madwari kullimkien.
Ridt neħodha u nifraħ biha,
Ridtha mqar għal siegħa
biss,
Ridt naqbadha min idejha
Xkien ġie fuqi nkiss inkiss?
Ridt naqbadha, ridt
nagħnnaqha
Inkellimha għal ftit ħin,
Bdejt nixxennaq għal
sbuħitha
Kollox tajjeb, kollox bnin.
Kont insejt u qed niftakar
Konna ltqajna ħin bla waqt,
Kont insejtha din il-ġrajja
Hemm ridt noqgħod, imma
tlaqt!
Kif saħħritni bi sbuħitha
Din il mara u qatt ma nsejt,
’Mma triqatna kienu ssalbu
Lura mbagħad qatt ma rġajt
ġejt.
Dawk ħaddeja kienu rosa
Aħmar xagħarha, kien
perfett,
Kont nixtieqha, kont irridha
Għax tħallilek dak l-effett.
Ta’ kull darba li nilmagħha
Jew xħin tixref minn
x’imkien
Sewwa nħossni xħin tkun
qribi
Ma nixtieqx li jgħaddi
ż-żmien.
Lanqas xejn ma kien jimporta
Illi kellha ftit tas-snin
Ftit qadima mhix minsusa
Li mhix ġdida. Dak il-ħin
Ma kontx naf! Xejn ma
jimporta
Illi jien ma kont naf xejn,
Għax sabiħa, għax togħoġobni
Ma kien ser jinbidel xejn.
Skarlattina sejjaħtilha
Għax isimha ma nafx x’kien
Imma għalija dak kien
joqgħod
Bqajt niftakru tul iż-żmien.
Xtaqt li setgħet tibda timxi
Xtaqt li qaltli mqar
kelmtejn,
Dik il-libsa bellusija
Kemm ileqqu dawk l-għajnejn!
U ma nafx x’kien waqa’ fuqi
Għax bdejt noħlom ħin bla
waqt,
Nibda niżfen? nibda’ ngħanni?
Inkellimha? Hekk kont xtaqt.
Pupa din tal-purċellana,
Xtaqtha ħajja tmidd il-pass,
Kont insejt għaliex fakkarni
Tat-tifkira dat trapass.
Alfred Grech
23/03/2018