Orpheus.
Issa li sibt il-wiċċ ta’
dis-sbuħija,
ta’ dan is-seħer sfiguranti
tal-burdati
fil-qiegħ ta’ mera tħares
lejja
irid ikun ħelsien mill-ġdid
ta’ kif naħsibha
u kif nitkellem.
Issa li sibt mogħdija
għalija waħdi
ta’ kif mingħajr tqanżiħ
il-kelma noħroġ
ta’ kif mid-dizzjunarju
antik u minsi
nislitha
u nagħmel minnha ħjut f’tapezzerija.
Issa sirt naf kif nislet
ħsieb qalil minn ieħor
u nibda kif irrid taħlita
nħawwar
fil-mewġ tal-fwieħa tmewweġ
filgħaxija
tar-rieħa trewwaħ ir-riħ tagħha
fejn għad titwieled drabi
oħra
Arfrodite li toħlom biss
l-imħabba.
Issa li sibt kif noħroġ
mill-filliera
mingħajr ma nweġġa’ ’l-ħadd
jew nagħmel ħsara.
Issa! Ekwilibrista fl-aħħar
ħolma.
Alfred Grech
18/03/2018
No comments:
Post a Comment