Xħin Jinżel Sfiq.
X’ħin ninżel sfiq id-dlam
tal-lejl
u inti bħal siparju
idejja mmid fid-dlamijiet
u nitla’ t-telgħa
tal-kalvarju .
Ħallini nibda‘ l-velu
nċarrat
il-velu tal-misteri
li jaħbi dak li tkun trid
tgħid
u tteni ħrejjef veri.
Ħallini mmur l-infern
inkella nitla’ l-ġenna,
xħin nibda mmidd il pass u
nħoss b’dejja
tagħmilli għamad fuq
għajnejja.
Jgħaddili l-ħsieb li
m’għadekx ħdejja
dan ħsieb li jqajjem riefnu
u f’daqqa waħda jitla’
l-ajru
mal-ferrovija għaddejja.
Alfred Grech
20/03/2018
No comments:
Post a Comment