Lill-Editur tal-Ħajja f’Għawdex.
Aħna li nagħlaqna f’dil-bużżieqa
illi nfaħna
Fejn intom ma tidħlux, ’mma biss
tittawlu
Bla ma tisimgħu x’aħna
ngħidu
Inkella taqbdu biss
il-ħsejjes rimbombanti tal-kliem fieragħ
Bla ma tfissruh;
Għax kliemna doppju sens
Inkella xi parabbola li ngħiduha
biss
Lil min jifhimha.
Aħna li qiegħdin
fl-istratosfera tax-xintilli
Ta’ arja mżewqa bil-qawsalli
Arja rarifikata li qawwa
tagħħa saħansitra
Taqtagħalek nifsek,
Ma rridukomx li taqtgħu minn
dis-siġra
Bnedmin imsensla ta’ nofs
kedda
Għaliex ibagħad allat issiru
Inkella tgħixu għal dejjem.
Intom se tibqgħu hemm
Tistagħdru f’dik l-għadira
ta’ gżira msewwsa
Titbaħbħu fit-tajn medjokri
ta’ kuljum
U ttennu l-mantra.
Alfred Grech
17/03/2018
No comments:
Post a Comment