Ineżorabbli l-Mixja Tiegħek
Ineżorabbli l-mixja
Int tista tmur tistaħba u
terġa’ tiġi.
Int tistaż tmur tiġġerra
bnadi oħra
Jekk ma toħroġx mill-kmamar
ta’ ġo moħħok
Tista’ tmur jekk trid, sa
tarf id-dinja.
Jekk ma tinħallx mill-ktajjen
ta’ ġo ruħek
Għax tibqa’ tgħix u tnin ġo
l-istess raħal
TimxTibqa’ fejn kont jew terġa’
lura
U ġġorr it-toqol tat-twemmin
li sawwrek
Meta tfajjel kont imqabbad
Ma djul ommok.
Alfred Grech
23/03/2018
No comments:
Post a Comment