Jekk Tfittex Int L-Immensita’.
Jekk tfittex int l-immensita’
għad tista’
tħares ftit f’għajnejja;
jekk taħsel tibda
tara kbir, żgur se ssibni
differenti,
għax taħseb li tassew mibdul
u tieqaf.
Iżda, jekk aħna hawnhekk
it-tnejn se nibqgħu,
imdawwra b’dak li nafu u dak
li rajna,
mhu ser insibu qatt li qed
infittxu.
Ma jimpurtax li jien miniex qed nifhem:
jimporta għal darba dak li
qiegħed nara,
għax it-tbissima fuq
xufftejk qed tgħidli
li llum aħjar mill-bieraħ, u
int qed tfittex
li tifhimni u bqajt ma
ntbaħtx li t-tweġiba
qed taħrablek. Fil-bidu
bdejt biex kelli
xi ħaġa li nixtieqha. Illum
il-kontra.
Għax issa sibt il biċċa li
naqsitek.
Ħaddieħor qed jiddarras xħin
jarana
miexjin fuq dil-bankina għax
issa sirna
parabbola li jtenni kien
ħaddieħor.
Sakemm il-logħoba tkompli,
jien ser nagħmel
ta’ bir-ruħi li qed nifhem.
Alfred Grech
25/03/2018
No comments:
Post a Comment