Aħjar Imxejt Fit-Tul.
Aħjar imxejt
fit-tul, biex nagħmel xi ħbieb ġodda
U lanqas noqgħod
hawn, bħal moribond fis-sodda.
Hekk nagħmel
ħafna ħbieb, aħjar mis-seminarju,
Nistudja bħal
qassis bla nitlef il-binarju.
Mhux nara ħafna
nies u kollha b’fehma waħda,
U ’mnalla li
tgħallimt tal-wegħeda nsib iċ-ċaħda.
U jidħlu u bla ma
taf minn ħajjtek saru biċċa,
U rajt kif
fehmthom qsamt, bla taf fejn ser tispiċċa.
U jirrabjaw
għalik jekk int ma tagħmilx bħalhom,
U jħarsu bl-ikraħ
lejk mal-bewsa li titfagħlhom.
U jirrabjaw
għalik jekk int ma taqbilx magħhom
U jħarsu bl-ikraħ
lejk ’kk ma tkunx in-naħħa tagħhom
Kulħadd bħal
donnu jaf kif jgaħallem lil ħaddieħor
U baqa’ ma
tgħallimx kif jista jgħin lill ieħor.
Alfred Grech
02/06/2017
No comments:
Post a Comment