Tassew Li Ridt Niltaqgħu?
Tassew li ridt
niltaqgħu,
Nitilgħu fuq
il-bejt biex ngħoddu l-kwiekeb?
Xħin kont
nirranka għalik int reġa’ bdielek.
Biddilt u għalik
ilbist misteri ġodda.
Xħin kont insuq fit-triq
Tfixkilt fil-ħsieb
ta’ moħħi.
Int bqajt tweġiba
għalija li tistenbaħ
Kull filgħodu,
Man-nifs
taż-żiffa ġġor it-toqol tagħha
Fil-ġuf ta’ lejl
li għadu qatt ma twieled
U tnaqqax
fil-penombra tad-dell tiegħi
Ix-xbieha tiegħek.
Int bħal bebbuxu,
Erġajt dħalt ġo
qoxortok
Biex qatt ma terġa’
toħroġ.
Tagħtini x’naħseb
li kienet biss ta’ darba
U għaliex il-le
mhux minn qaddisek.
Ma tkunx kollok
kemm int xħin trabbi l-ġwienaħ
Għalhekk ma
togħola qatt ’l-fuq
Jew jekk ittir
malajr trid terġa’ lura.
Imbagħad staqsejt
ukoll hix dit-triq
Li trid twassalna
sas-santwarju.
Alfred Grerch
16/06/2017
No comments:
Post a Comment