.
Għax hekk hi
l-poeżija
M’għandhiex fuq
min tistrieħ
U lanqas għandha
leħen
Li j’thiha ftit
tal-ġieħ.
Awturi mhux
magħrufa
Dak kliemha ġej
mill-bogħod
Fil-baħħ tad-diwi
tagħha
Jirtogħod,
jirtgħod, jirtogħod.
Nifisha hu
tjubija
Għalkemm turment
ir-ruħ
Fi klima ta’
passjoni
Qalb ġnien ta’
ward ifuħ
Ma ssibx min
iperriċha
Għaliha m’hemmx
il-qliegħ
Fuq karta mqatta
mħażża
Tirtema’, ttir ma
riħ.
Bħal-għanja li
tintilef
Bla ma jismagħha
ħadd,
Bħal ruħ
l-imħabba titlob,
Bħal dejn li jrid
jintradd.
Poeti fqar
mitlufa
Ixandru li trid tgħid
Stħajjiltni wieħed
minnhom
Sirt vittma ta’
li ngħid.
U għaliex jien
wieħed minnhom
Għannej tal-verita’,
Tgħannieqa u bews
mqanqla
Sinċier
fil-karita’.
Poeti zgħar
minsija,
Il-ġesti tagħna
żgħar
’Mma kbira l-fidi
tagħna
Fil-ħlewwa u kemm
fl-imrar.
Alfred Grech
03/06/2017
No comments:
Post a Comment