Qisek Ruħ Mimlija B’Għira.
Qisek ruħ mimlija
bl-għira,
Ma tridx taf, ma
taranix,
U ma tridx
tirrispondini
U sirt qisek ma
tafnix.
Qisek dell li
tlaqt għal-dejjem,
Jew il-ħsieb li
ma tħabbarx,
Bħal idea l’issa
nsejtha
L’issa żgur ma
niftakarx.
Inti taf li niġi
nfittxek
Fejn ħaddieħor ma
jsibekx,
Fuq ix-xefaq ta’
dil-lejla
Ħalli ngħid li ma
nafekx.
Jekk tixgħelli
t-tama tiegħi
Bħalma tixgħel xi
musbieħ,
U tħallini nimxi
l-mixja
Hekk jien miexi
kontra r-riħ.
Jekk tħallini
nimxi l-mixja
Minn mogħodija
fuq il-blat,
Tiskanatx jekk
terġa’ ssibni
Fuq il-għolja
tal-allat.
Jekk turini f’din
id-dinja
Ta’ nuqqas u ta’
dnubiet,
Nibda ntir fuq
il-mibgħeda
U l-ferment ta’
ġol-ibliet.
Qisni kewkba li
bdiet tiddi,
Ħlief iddawwal
din ma tafx,
Tibda tixgħel u
tibbrilla
Tibda mbagħad
biex ma tagħrafx.
Alfred Grech
09/06/2017
No comments:
Post a Comment