Għax Trid Tippossjedini?
Għax trid
tippossjedini?
Għax lili ma
tafdax,
Għax taf li jien
ninbidel
U ntenni ma
nerġgħax.
Għax taħseb l’għad
nitilqek
U lura ma
nerġgħax?
Għax int ukoll
tinbidel,
L-istess int ma
tibqax.
U bħali bdejt int
tibża’
Mill-bidla ta’ li
fors
Isseħħ f’kullħadd
u fina
Bl-uġieħ u
bir-rimors.
Mhux miegħi trid
tiggranfa
Mingħajr ma taf
għalfej’,
Il-ġdid fiħ
il-misteru
U l-biża’ ta’ li
ġej.
Alfred Grech
14/06/2017
No comments:
Post a Comment