Din Hija Biss
Mogħodija Tturmentata.
Din hija biss mogħodija tturmentata
It-triq li għad twassalni trid għal għandek,
Li tgħaddi minn
ġol ħofor u t-tumbati,
U ssib li mqar
f’għajnejk għamlulek l’ għamad,
Trid toqgħod
tmiss b’idejk minn kull fejn tgħaddi
Fid-dlam etern
ta’ ruħ li liha nfisha
Tfittex bla taf
fil-baħħ tas-sabar tagħha.
Dan huwa vjaġġ
perikoluz li nterraq
Li minnu għaddejt
id f’id għal kemm il-darba,
Li miegħek, iżda
nibża’, ma rridx niżloq,
Irrid, ma rridx
u rrid ma nafx x’se nagħmel.
Nitolbok tersaq
‘l-hawn u żżommli jdejja,
Nitolbok
togħbodnix jekk għad jibdielek
Inkella jekk
issib li qed ninbidel.
Alfred Grech
14/06/2017
No comments:
Post a Comment