Canto.
Jiena sirt il-vulnerabbli,
sirt fidil bdejt nemmen fik,
Għax bdejt nemmen
li mingħajrek, ma jien xejn, ridt ngħix għalik.
Issa sirt bħal
tifel ċkejken nemmen biss dak li tgħid int,
jew li kollox
jista’ jiġri u l-ġejjieni sar distint.
Għandi s-saħħa
għax bdejt nemmen u bdejt nemmen biex nistrieħ
fuq kull kelma li
tgħdi inti b’hekk il jum malajr nimlih.
Inkun eqreb illi
nemmen għaliex nibda’ jien mill-ġdid
għax it-tajjeb
tista’ tiżnu qabel ‘mma l-ħażin tqil bħal
ħadid.
Nirkeb mewġa, nirkeb
oħra fuq il-ponot tas-subgħajn
biex bħal dejjem
din il-ġrajja trid tispiċċa bħall-oħrajn.
Sibna ruħna fuq
dix-xtajta sema mdallam bil-kubrit,
ngħannu l-għanja
tal-gawwija, issa wkoll qtajieh l-aptit.
Bħall-injam li
wara l-għarqa jitla’ waħdu jgħum fil-wiċċ,
tal-irjieħ konna
aħna l-priża bdew jarmuna bil-kapriċċ.
Biex inkebbsu
għall-darb’oħra fjamma żgħira ta’ musbieħ,
fjamma zgħira
tal-imħabba li ma tmutx bl-infieħ tar-riħ.
Biex b’hekk
tħeġġeġ il-qlub tagħna, biex b’hekk ngħerequ fl-infinit
qabel nerġgħu għal-darb’oħra
nibku dad-destin imqit.
U fuq xfar
għajnejk il-lejla qed tħawwadhom ma xulxin
ħolma waħda wara
l-oħra bħal mazz karti mifruxin.
Trid tistaqsi
fejn wasalna, trid taqsi int min int,
fejn il-ħajja
tkun wasslitek qalb l-iħirsa jgħaddu sbrixx.
Jew li spalla
tħokk ma spalla ħsibt li kollox jgħaddi lixx
li ħallewlek
l-illużżjoni dak li qsamt matul il-jum
jew li kienu parti
minnhek tarmi li trid mnn fuq ll-irdum.
F’din i-sirda tal-lejl
ħiemed, għaraq mielaħ, umdita’,
Tixtieq tgħix u
tgħix għal dejjem tixtieq tgħix l-eternita’,
bla taħseb jew tistenna kif it-tmiem għad jista’ jkun,
qabel jinżel
is-siparju, ġenju joħrġ mill-flixkun.
Twissijiwt
bit-toqol tagħhom tara l-kitba fuq il-ħajt
jekk min hawn trid
darba toħroġ sibt li sirt bħat-tafl erġajt.
Alfred Grech
17/09/2017