Ma Nafx Għaliex Tarani.
Ma nafx għaliex
tarani trid ninbidel
U tgħid li jiena
bqajt kif kont u qatt ma nbdilt.
Għax jien
ninbidel ta’ kulljum u nibdel fehmti
Mill-lum
għal-għada.
Għalhekk ma nafx
għaliex qed tgħid
Li jien qatt ma
ninbidel.
Int issa tgħid li
lili lanqas tifhem,
Għax jiena sirt
gwardjan tas-solitudni,
U bnejt ħajt
għoli ħafna mingħajr twieqi,
Mingħajt bibien,
u barra lanqas noħroġ.
Jien qatt ma
kelli ħajra illi nbdel
Lil xi ħadd u lanqas
lilek,
U jisgħobija ferm
narak inbdilt
U ta’ kull darba
li staqsejt xi trid mingħandi
Bqajt ma fhimtekx
U ħallejtek tinfexx
fl-istinti primittivi
U seduzzjoni.
Alfred Grech
11/09/2017
No comments:
Post a Comment