U Xħin Erġajt Ġejt Lura.
U xħin
erġajt ġejt lura ma sibtx lilek,
Sibt biss
ir-riħ ivenven qalb is-siġar,
Sibt qamar qed
jinkini bil-qrun tiegħu
U fdal
tal-petali mal-art mirfusa.
Xħin bdejt
niftakar fik erġajt sibt ruħi
Inċedi għal
kull ħbit bla kundizzjoni
Imdawwar mill-ispazji
ta’ xewqatek
Fi tnalja li
tissikka ntraniġenti.
Daqskieku kont
munġbell lest li jibroffa
Il-lava
sħuna tagħli u tgħatti kollox,
Passjoni devastanti
li trid tixgħel
Il-fjakkoli
tan-nar li qed ibgħati.
Alfred Grech
01/09/2017
No comments:
Post a Comment