Jien Kont Mifxul.
Jien kont
mifxul ma nafx x’irrid
U int
urejtli x’għandi nagħmel.
Jien kont
mifxul u li kont naf kien biss li kelli
nimxi
Mingħajr ma
nagħmel ħsara.
U int mort
tgħid li ridt tħallini ħieles
Li nagħmel
dak li rrid
Imbagħad
mank biss ħallejtni nagħżel.
U xorta
ġietni żewġ
Għaliex dħalt
waħdek f’dat-trabokk tal-bejta tiegħi
U jekk
mintix tiegħi għax tassew tħobbni
Drajt toqgħod
hawn għax ixxamplata
U forst
id-dubbji kollha li jinbtuli
Mill- “jekk”
jew “imma”
Hemm mistoqsija
mistoqsija
Li minnha
tnissel oħra.
Imma sakemm
int għadek hawn
Ġo din
il-bejta
Jien nista’
nibqa’ nemmen
Alfred Grech
02/09/2017.
No comments:
Post a Comment