Nistaqsu.
Nistaqsu lilna nfusna x’qiegħdin ngħidu
bħalkieku
qiegħedin nieħdu wkoll xi droga.
Nistaqsu lilkom
intom x’qiegħedin tpinġu;
taħżiż mal-ħajt
bla ħlewwa u bla tifsira.
Jekk nafu aħna
stess tassew x’qed ngħidu
tistaqsuniex mnejn
ġiet din it-tilwima.
Jekk bqajtu bla
ma wrejtu biss tqanqila
ma fhimtu xejn
minn dak li qiegħedin ngħidu.
Akfred Grech
28/09/2017
No comments:
Post a Comment