Issa Li l-Baħar Qabeż.
Issa
lil-baħar qabeż u skonfina x-xifer tiegħu
U inti lbist
l-ilbies ta’ filgħaxija,
Teħilli fuq
xofftejja x-xewqa tiegħek
U l-kelma
biex infisser kemm inħobbok.
Issa li
l-ħolm infexx fl-indifferenza
Ta’ riġment
nemel megħedi ipassi puċissjoni,
Jien sibtni
stamb interraq bla viżjoni,
U nilgħab logħoba
karti fuq xortija,
U nogħola ’l-fuq
bil-ġwienaħ eżoteriċi
Iperpru u
jolqtu versi ta’ bla rima
Għal għonq
it-triq assurda tal-poeti
Lilhinn minn
mkull tragward irripetibbli.
Dan kollu, biex
mingħalija għad jinfetħu
Bibien il-ħajja.
Jien bħalhom
bqajt inwieżen sentimenti
Ta ġifa u ta’
djufija.
Imqar issa, li
l-aħħar verġni vestali
Bdiet tinża’
hija wkoll u tkisser
Il-fdal li
baqa’mis-suppervja tal-allat.
Imbagħad
arani ġej fil-bejta tiegħek
Noffrilek
żbula.
Alfred Grech
23/09/2017
No comments:
Post a Comment