Inti Li Mort Tinħeba.
Inti li mort
tinħeba wara sħaba
Li ma
tgħattikx għazilt dal-post imkennen,
Għaliex intbaħt
malajr l’ebda rifuġju
Ieħor ma
jqanqal fik sens ta’ mistħija.
Imkien ma
stajt issib fejnb tmur tinħeba
Fejn tista’
tinża’ velu wara l-ieħor
Biex tara
tinogħġobx hekk, fl-għera tiegħek.
Hawnhekk
biss stajt int tiġi biex titgeddes,
Għarwiena bħal
sirena ta’ bla trukki,
U tidher int
kif int, mingħajr il-frilli.
Jien
ngħidlek int min int, u x’mhuwiex tiegħek,
U nħassar
kull metafora li wrejtni
Biex tista’
tara lilek sew fil-mera.
Jien nibqa’
hawnhekk indaħħan mingħajr pipa,
U nemmen l’għad
tistejqer minn din-nagħsa,
U tara dak
li minnu stajt tingħaraf
Mhuwiex tassew,
mhuwiex għajr id-dell tiegħek.
Alfred Grech
04/09/2017.
No comments:
Post a Comment