Ġie r-Riħ u Ħassar Kollox.
Gie r-riħ u
ħassar kollox,
Il-passi
mnejn għaddejt
Tal-mixja
fuq ix-xtajta,
Kull għelm
li kont ħallejt.
Kull torri
li stajt tibni
Il-passi
tar-riġlejn
Buffura riħ
u tħassar
Kull kif ma
baqa’ xejn.
Ix-xita
tnaddaf kollox
U kollox mar
mal-wied,
Dagħbien li jġorr
mnejn jgħaddi
U l-kaos qed
jidied.
Jekk ħsibt
li ħloqt mogħdija
Fejn qabel
ma kienx hemm,
Issib li
ġiet il-ħamla
U kollox
hekk jintemm.
U min għad
jiġi wara
Ma jafx minn
fejn għaddeejt,
Jew lanqas
li kont inti
U lanqas
minn fejn bdejt.
Għax aħna
hawn fejn aħna?
Għax aħna m’aħna
mkien,
Għax kollox
għad jispiċċa
Għax m’aħna
xejn ħlief żmien.
Alfred Grech
31/08/2017
No comments:
Post a Comment