M’Aħniex Flimkien.
M’aħniex flimkien għax ta’
kull darba
Jien nibda biex nistaqsi:
hawn x’ġejt nagħmel.
U int ittenni l-mistoqsija
Li jien m’għandix tweġiba
għaliha:
Għaliex sejjaħtli?
Illum stenbaħt b’din
il-burdata
U b’ruħ ta’ pellegrin.
Qiegħdin hawnhekk għax ma ntbaħniex
U ma konniex inkunu hekk
jekk mhux tort ta’ l-imgħoddi.
Għax konna nħobbu d-dell
tar-riflessjoni
U għax insejna t-tnejn mnejn
konna tlaqna.
Iżd’issa f’din l-arja
tar-riħ isfel,
Jien sibtni ngħum mal-ħut
il-kbar
U int qed tittawwalli
mill-fanal
Ta’ fuq l-iskolji.
Alfred Grech.
25/01/2018
No comments:
Post a Comment