X’inkunu Ngħidu.
X’inkunu ngħidu
xħin niltaqgħu int u jiena
fin-nofs ta’
nhari li qattajna
mingħajr
għajnejna qatt jiltaqgħu.
Jien inħossni
niexef, moħli u mormi.
Għax aħna m’aħna
xejn
waqtiet jew
bżiezaq t’arja mal-kurrenti.
Jien nerġa’ niġi
ħdejk biex nieħu s-saħħa
u nerġa’ nibda’
nagħmel bħal ħaddieħor
u terġa ttini
x-xenqa ta’ tfuliti.
Irrid insib
l-għeruq tas-siġra tiegħi
biex nerda
mill-ħamrija s-suqu primordjali
u nfittex ġo
l-għenieqed qed ixenxlu
l-għanja mill-ġdid.
Xi drabi
mbagħad inkun nixtieq
intir fuq
ġwienaħ l-isqra
biex naħtaf
ix-xintilli solitarji
tas-sħab mutu
mberfel fix-xemx,
Inkella ngħum
u negħreq
fil-baħar ta’
ħin li lanqas jgħaddi.
Irrid
ningħalaq f’kull taghannieqa li tagħtini
u naħseb li
dal waqt se jibqa’ għal dejjem.
Alfred Grech
28/01/2018
No comments:
Post a Comment