Naiad.
Bħal kalamita’ nħossok,
tiġbed bla ma terħi.
Jien qed narak, naqrak
daqskemm kont ħajja
daqs meta kont titkellem b’leħen
bħal għoli
sibilla mqadda li għeddejtu żmienek
titgħajjar, timbex, tħammeġ
u tiżvina,
Ukoll jekk jien ma nafx minn
fejn int qiegħeda
tilmaħni u taqra mqar sal-ħsieb
ta’ moħħi,
jien qed narak u miegħek qed
nitkellem
u inti lanqas tista’ twieġeb
lura
għaliex tar-rand il fwieħa
li kont terħi
taret mal-irwiefen,
Trab issa sirt, duħħan minn
ġoċ-ċumnija.
Kliemek jirbombja daqs
tambur fil-beraħ
trehid li m’għadu jħalli
l-ebda rima
int lanqas tista tlissen
kelma waħda
u l-ebda għarbiel ma jesgħa
l-frugħa tiegħek
daqskemm kull sillaba alfabetika
li setgħet
ittenni ismek.
U jiena bqajt hawnhekk
sabiex intenni
dak l’innu fgat ta’ min iħossu
ħieles.
Alfred Grech
05/01/2018
No comments:
Post a Comment