U Int Ħallejtni Hawn.
U int ħallejtni hawn
Qalb dawn it-tifkiriet
tax-xbiha tiegħek
Biex issa sirt ukol
nitfixkel
Il-fattizzi ma kull ritratt
li nsib f’idejja.
U int ħallejtni hawn
fid-dlam iwaħħax
Biex nishar jew niskava
l-fdal li baqa’
Fil-ħerba li ninsab imdawwar
biha
Bħalkieku għadda riefnu.
U int ħallejtni hawn biex ta’
kull darba
Inqum u niġbor nerġa lili
nnifsi
Nintebaħ ta’ kull darba li
xi ħaġa
Tkun intilfet u jonqos kemm
il-biċċa
Li tkun mitlufa għall-dejjem.
U nerġa’ nsaqsi lili nnifsi
Kif għada ser inkun
U mhux kif ser inżomm,
Wieqaf fuq saqajja.
Alfred Grech
12/01/2018
No comments:
Post a Comment