Bħal Qamar Int Bla Nikta.
Bħal qamar int bla nikta
Li jitla’ mill-abbissi
Ta xefaq bla tifsira
Għarwiena tifrex l-għera ta’
sbuħitek
Fuq mewġ il-baħar.
Int bħal baħrija li ġġib
l-aħbar it-tajba
Inkella bħall-għasfru
tal-malawgurju
Iżżommni fuq ix-xwiek
U żżurni kull xħin trid u
xħin jiftillek
Iġġorr il-profeziji.
Minn wiċċek rajt tinħasad
Ir-rima tal-imħabba
Bħal kieku xi sorpriża
Stampata mal-ħabbata
tal-bieb ta’ barra
U fuq il-ħġieġ tat-tieqa
Joħroġ id-dell tal-agunija.
Bejn il-palm ta’ jdejk
marsusa
Hemm warda li trid twarrad
Bħal meta jien nintilef bejn
ħaltejn
Ta’ mistoqsija li qatt ma
xtaqt nistaqsi.
Bħal fidil jien nerġa’
ninżel għarkubtejja
Hawn quddiemek
Fuq it-tapit tal-labar u
tal-ward
Stordut bil-bjuda tal-ġilda
tiegħek.
Alfred Grech.
O9/02/2018
No comments:
Post a Comment