M’Jiniex Dak Li Qed Tara.
M’jiniex dak il-waħdieni li
qed tara
U lanqas ma jien dak li
tkellmu fuqi
Għax dawk ma jafu xejn u
lanqas inti
Ma qiegħda tara sewwa. Għax
inbidel
Il-kopjun, inbidlu wkoll
l-atturi,
U jekk tistsaqsi lili jien
min jiena
Miniex żgur dak li taħseb li
qed tara.
U dak li tara lili qiegħed
nagħmel
Hu biss ix-xeneġġjat f’dan
it-teatru
Li sibtni qed ġo fih bla
ġejt mistoqsi.
Għalhekk, jekk trid xi darba
toqrob lejja
Trid l-isfel tħares f’dan
il-bir bla ħerża
U jekk ssib li l- qiegħ ma
wiċċek jaħbat
Malajr tintebaħ. Dak li qed
tarani
Nagħmel, dak, mhux jiena, u
ma nafx lanqas
Min jista’ jkun li qed
jimpusturani,
Jagħmilha attaparsi li kont
jiena-
l-attur li f’żaqqa waħda
nesa l-parti tiegħu.
Alfred Grech
10-01-2012
No comments:
Post a Comment