Xi Jġiegħel tqum?
Xi jġiegħelek
tqum filgħodu u toħroġ barra
minn taħt
i-friex tisfida l-ħajja assurda
taħt sema
ġriż, fir-riħ, taħt xita nieżla
tinxteħet
mal-kurrent ta’ nies għaddejja
bħal wied
li jgħaddi jkarkar mal-bankina
u tbiddel
il-burdata
ta’ qtugħ
in-nifs, t’insuffiċċjenza?
Inkella ma
tqum xejn u toqgħod hawn
għar-rdoss
tal-fehma rikorrenti
li xejn mhux
ġdid, li xejn mhu xejn u xejn mhu se jinbidel
li għad xi
darba ssib għall-mistoqsija
tweġiba, li
hekk u hekk biss int taf tgħix il-ħajja?
Xħin jerġa’
jiġi l-lejl u ssib li xejn ma nbidel
għajr-iż-żmien
li bħall-kurrent ikarkar mal-bankina
baqa’
għaddej
u din ukoll
mhix illużżjoni
hi l-eżistenza.
Alfred
Grech
10/02/2018
No comments:
Post a Comment