Xejn Mhu Għal dejjem.
Biex nislet l-għerf
tal-inċertezzi,
Fid-dell dubjuż ta’ kull
akkuża
Tifsira nagħti lil din
ħajjti
U ngħix biex naqbad ma kull
skuża.
Paraliżżat ma kull dilemmi
Fewġiet il-mewt fuq wiċċ
imnikket,
F’żernieq li tfixkel l-għada
mistħi
Bil-ħoss tal-mewġ tal-blat
imnikket.
Bħal vagabond għad dawl
tal-kwiekeb
Tixxejjer minn fuq warda
għall-oħra,
Kemm tista’ ddum mingħajr ma
tixba
U tibda tfittex serħ band’oħra.
F’dan l-univers xejn mhu
għal dejjem
Ma sbieħ kul għoda tibda ssellem.
Għabra fl-għajnejn għax xejn
ma jibqa’
Mill-firmament li qed
jitkellem.
Alfred Grech
31/01/2018
No comments:
Post a Comment