U Issa Ma Ngħarfekx.
U issa ma ngħarfekx
imqarr jekk terġa’ tiġi
għax darba nqtajt minn
miegħek bdejn ngħum
fil-baħar ta’ bla xefaq.
Ma nafx fejn irrrid nasal
m’hawnx kwiekeb li juruni
xħin qtajtli l-kurdun,
infamt u mort għal rasi.
Tgħallimt kif ngħix mal-lpup
tgħallimt il-ħażen tagħhom
nirgħa’ bħal kukkudrilli
nistagħad fl-għadira magħhom.
Staqsejt kull mistoqsija
bil-logika l’għallmuni
tkellimt ukoll b’ilsienhom
u lanqas qed ninftiehem.
Issa li qed nerġa’ nersaq
lejk
inħossni nerġa’ negħereq
f’dak-baħar ta’ bla xefaq
fl-immensita’ minn tiegħek.
Alfred Grech
13/02/2018
No comments:
Post a Comment