Il-Lejla Għannaqni.
Il-lejla ngħannqek waħda mhux
minħabba
Il-kesħa, iżda minħabba l-bżieżaq t’arja
pura
Li joktru ġewwa fija u qatt ma jaslu.
Jinfaqgħu mhux fil-wiċċ
Iżda minħabba r-rassa tad-dwejjaq u
tan-niket.
Il-lejla ngħannqek miegħi mhux
għaliex
Inħoss il-morsa tas-solitudni qed
tissikka
Inkella għaliex ninħtieġ il-ħolm
sabiex inderri
Iżd’għaliex tassew irrid li ngħaddi
minn ġol-wied
Ta dell il-mewt u inti tkun is-sieħba
tiegħi.
Għalhekk il-lejla rrid mingħandek
biss tgħannieqa
Mingħajr ma tlissen kelma waħda
Mingħajr il-ħtieġa ta’ xi ħarba.
Ersaq lejja u għannaqni
Flimkien immissu l-kwiekeb
U nilgħabu mistoħbija mal-qamar
qalbu sewda
Li jaf bid-dnubiet kollha tagħna li
għad irridu naħfru
Lil xulxin.
Jekk ma tgħannaqnix il-lejla
Kif ser niftakrek għada.
Alfred Grech
Jum San Valentino 2018
No comments:
Post a Comment