Inħares Lejk.
Inħares lejk bl-istess
għajnejn
Bħal kieku kont tarbija.
Inqum filgħodu nistennik
U nerġa mmur mal-bqija.
Inħares lejk bl-istess
ajnejn
Bħal meta l-ewwel darba,
Bħal-leħma li tiġik imnejn
Ma tafx u taħrab ħarba.
Inħares lejk bl-istess
għajnejn
Bis-seħer deludenti,
Bħal warda li qatt ma
titbiel
Bqajt friska u sorprendenti.
Inħares lejk bl-istess
għajnejn
Bħal meta nħares f’mera
Li taqleb il-polarita’
Tas-sewwa li jintwera.
Alfred Grech
07/02/2018
No comments:
Post a Comment