Dawk Ġew.
Dawk ġew
Ħadulna d-dawl
Kull sens ta’ direzzjoni
Hawn baqa’ biss id-dlam,
id-dell
Hawn biss deżolazzjoni.
Dawk ġew u ħadu t-tmun f’idejhom
Tal-mirkeb f’nofs il-ħalel
U lanqas jafu fejn sejrin
Mill-kwiekeb għall-istalel.
Kaptana mingħajr boxxla
Jgħidulek: ejja magħna!
U issa għattew ix-xemx
U dallmu l-ġranet taghħna.
Alfred Grech
10/12/2019
No comments:
Post a Comment