Lil Min
Jipprova jiddefendi Dak Li Hu Indifensibbli.
(Jew Ahjar lil Minn Jipprova Jgħaddi Lin-Nies Biż-Żmien).
Int taħseb tista’ tibqa’
Jew tgħaddi n-nies biż-żmien?
Kulħadd jaf x’kont qed tagħmel
Għalik fil-qrib it-tmiem.
Dak kollu li kont tinseġ
Tar issa u sarlek suf
Għalxejn tipprova tgħawweġ
Is-sewwa hu magħruf.
Dak kollu li kont tinseġ
U tfassal qabel tlaqt
Ħsibt int li jibqa’ moħbi?
Se jkun magħruf daqwaqt.
Kun af li d-dnub jinkixef
Imqar jekk tibqa’ ddur
Xi toqba minn fejn toħroġ
Mintix se ssib, da żgur.
Tħammiġt mal-kriminali
U ħsilt idejk bid-demm
Ta’ min għawarek kixef
Trid issa titlaq ’l-hemm.
Iss’għidli b’min se tidħak
Inkella tgħaddi ż-żmien
Taf bik id-dinja kollha
Perrċuk ma kullimkien.
Alfred Grech
02/12/2019
No comments:
Post a Comment