Ejja Nagħmlu Bħal Poeti.
Ejja nagħmlu bħal-poeti
Indoqqu l-lira u ngħannu
Filwaqt li Ruma qed
tinħaraq.
Ejja nagħmlu bħal Neruni
Insibu f’min inwaħħlu.
Imm’għaliex dan kollu jrid
jispiċċa
Met’għadna biss fil-bidu?
Għaliex qed jidher ċar
Li ma kiien hemm tieqa oħra
Minn fejn ngħaddu?
Għaliex ma ltqajniex qabel?
Għaliex iltqajna llum?
Hemm żmien u baħar jaqsam
U l-firxa ta’ kull jum.
Alfred Grech
03/12/20190
No comments:
Post a Comment