Tuesday, 17 December 2019


Image result for overbuilt malta

Sant Ivo 2019.

Diffiċli toħroġ minn dal-ħmar il-lejl
U terġa’ għal għonq it-triq mingħajr tbenġila
Il-ħerba kbira wara t-terrimot
U l-pjazez iffullati.
Il-bini ġġarraf u t-toroq imblukkati
Bil-letarġija li ddoqq il-ħornijiet
Tal-vetturi ġġamjati.

Diffiċli toħroġ minn ġo dal-isqaq
Id-dħaħen qed irossu
Il-bini għoli li għattielna x-xemx
Bed’issa biex jiltewa.

Issa hawn l-inkwinament
Ta’ min eżilja ruħu
F’isem dil-bużżieqa li tintefaħ
U t-tpartit tal-wirt qaddis
Mal-bliet u rħulna fejn nitħalltu
Fis spazji miftuħin, ġo msieraħ aċċessibbli
Fejn jieħdu ħsieb it-tfal l-kbar
U l-ħwienet freneżija.
Għax hawn il-ġmiel, għax hawn il-flus
Għerqna fl-affkuwenza..

Diffiċli toħroġ minn dal-ħmar il-lejl.

Alfred Grech
17/12/2019

No comments:

Post a Comment