Tebgħa.
Lady Macbeth: Out, damned spot! Out, I say!—One, two. Why,
then, ’tis time to do ’t. Hell is murky!—Fie, my lord, fie! A soldier, and
afeard? What need we fear who knows it, when none can call our power to
account? . . . (Macbeth Att 5, xena 1)
Lanqas
l-ilma kollu tal-oċean ma jkun biżżejjed
biex
tnaddaf dik it-tebgħa
u
għalxejn idejk taħsilhom
u tgħaddi
n-nies biż-żmien
bit-teatrini
u d-daħliet trijonfali
għax
is-sokor biss għall-boloħ
u
l-aljenazzjoni għall-ippassjonat
u għal min ma jridx jemmen dak li jara.
L-ebda
gabirjola mhu sa tħassar
id-dnub
li ma jorqodx.
Int
tista’ tibqa’ tżfen
iż-żfin
tal-ħallelin
iżda
kun af li qed fix-xifer,
pass
ieħor u daqshekk,
u
karti x’tilgħab ma fadalx.
F’kull
żmien jitwieldu l-boloħ
fil-jasar
tal-allat
u l-gwejjda
qatt ma ntebħu
b’dak
kollu li serqulhom.
Alfred
Grech
Festa
tal-Kunċizzjoni
08/12/.2019
No comments:
Post a Comment