Moloch.
X’għadek tistenna
kif għadek hawn?
Żmienek iss’għadda
tidħak mhux b’dawn.
Kemm qed tistona
fost dan l-uġiħ
trid tibqa’ mdendel
tperper nar-riħ.
Trid tibqa’ mdendel
ma dan l-għanqbut
man-nasba ’l-kbira
u x-xbiek meħjut.
Trid tibqa’ mdendel
ma dan l-għanqbut
fil-ħmieġ tas-setgħa
u l-ħalf misħut.
Kemm se ddum tnewwaħ
ġej bit-tkarkir,
kullħadd intebaħ
fallejt bil-kbir.
Aqbad u itlaq
iss’itlaq fis,
tistrieħ u sserraħ
lil dal-pajjiż.
Alfred Grech
15/12/2019.
No comments:
Post a Comment