X’Nagħmlu Meta Joqrob Il-Milied.
X’nagħmlu
meta joqrob il-Milied?
Meta qlubna
jkunu mtaqqla bid-dwejjaq
U bit-toqol
tal-imgħoddi?
Xħin nilmaħ
lilek ngħid bejni u bejn ruħi
Int tiswa’
daqs il-poeżija
Li nsejt li
kelli nikteb
Bħat trab
li jtir mar-riħ
Ir-riefnu
li jġorr il-weraq
Id-degħxa
Il-ħsibijiet
li jirkbu dahar il-friefet
Bħaż-żnażen
li jerdgħu il-ward
U mbagħad
nistaqsi lili nnifsi
Dak li ridt
ngħid
Mil-liema
lewn minn tal-qawsalla
Tnissel?
Jonqosni
sħaba kien nitla’ fuqha
U nħossni
mġedded bħal qaddisin
Biex lanqas
nemmen dak li ħadd ma ġarrab
U li għal
ħajti kollha ttamajt fih
Jew nirkeb
bastiment spazjali
U hekk lanqas
int ma bqajt tarani.
Alfred
Grech
04/12/2019
No comments:
Post a Comment