Erħilu.
Erħilu l-għors tal-għada
Erħilu jkun xi jkun
Biss miegħek ġorr in-noti
Mhux l-għaraq tal-flixkun.
Tintasab fil-quċċata,
Fit-tarf ta’ fejn ikun
Minn hemm il-ħarsa tifrex
Bħal vleġġa u sejf misnun.
Jekk qalbek għada tħabbat
U tħoss id-demm ifur
In-nifs li jrid jinfetaħ
Tistordi xħin iddur;
Id-daqqa t’għajn li tfisser
U tixgħel sotterran
Ta’ ħsibijiet u xewqa
U r-ritmu li mhux dan.
Dan huwa l-ħelsien tagħna,
Li ntiru ’l-fuq ’l-fuq;
Il-fuq mill-eqreb sħaba
Li l-fewġa trid issuq.
Alfred Grech
27/01/2020
No comments:
Post a Comment