Wednesday, 8 January 2020


Image result for i have been wronged


Ma Ninħebiex.

Ma ninħebiex wara l-kbuija
inkella l-ebusiha tar-ras
ninfixel sew xħin niġi wiċċ imb’wiċċ
Ma dak li ma nifhimx
U dak li ħaddieħor ħeba minni
U jħallini ngħum
Fil-baħar tal-misteri
Taħt eklissi li fiha xejn ma jidher.
Jibqagħli biss li mmur fl-estrem
U nibda nħaġġar lura
Bil ġebel li jkun iżżerżaq
U nfieri ‘l-min xejn ma jkun jaħti.
Xbajt inħott dak li nkun bnejt
U nħassar dak li nikteb.

Alfred Grech
08/01/2020.

No comments:

Post a Comment