Ġejt
Fittixni
Ġejt tfittixni
Imbagħad għamiltli ħajjti nfern
Ittella’biss ħitan u barrikati.
Imbagħad taqa’biċċiet
Mingħalik ser tisseduci lix-xitan
Iżda x-xitan hu wisq qadim.
Ikun aħjar nitbiegħed minnek
Xħin rajt wiċċek ħadt ir-ruħ
Jien nistagħad mingħajr ma naqbad
U jekk naqbda ikun żball.
Jien nintona bla ma ngħanni
Mhux li kont għasfur tal-għana
Ikkalzrat maqbud f’ xi gaġġa.
Insejtha llum it-triq li qbadna
Issa nagħmel ftit tal-għassa
Għax tmur torqod biex tistrieħ
Xħin għajnejk tassew tagħlaqhom.
Kif ma ntbaħtx li din biss logħoba
Issaħħart għas-sbieħ għajnejk?
Iżda mbagħad xħin bdejt titkellem
Int ħallejtni bejn ħaltejn.
Issaħħart għax kont imbiegħda
Xħin ġejt qribek jien għamejt
Jew kien hemm min ifixkilna
Bqajna nduru dawra mejt.
Xħin mar-ritmu bdejna niżfnu
Mewġ il baħar ogħla wisq
Għax kaxkarna fuqir-ramel
Tlifna l-boxxla, tlifna t-tnejn.
Kien baqa’ biss tifkira żgħira
Ta’ meta konna żgħar
U dik għamlet differenza.
Alfred Grech
29/01/2020.
No comments:
Post a Comment