Lil Elena
Il-mara tal-misteri
il-mara tal-istar
il-mara tas-siparju
li f’daqqa tispirak u ssir poeta.
Il-mara tat-tħabbira
il-mara ta’ bla rgiel
li saret taf bit-tqala
xhin mar u reġa’ ġie.
Hawnhekk il kxif tal-lapidi
Hawnhekk jiċċartu l-maskri
Hawnhekk hawn ħajja ġdida
Minn omm li ħolqot mit.
Il-baħrija ddur ddur
sa tghidlek il-ġejjieni
il-brimba thuf u
tinseġ
biex twaqqwk ġewwa n-nasba
Il-mara tal-ġejjieni
il mara li ssir omm
jinkixef kull misteru
Ma jlissen ebda fomm.
Alfrfed Grech
12.01.2010/
,
No comments:
Post a Comment