Tuesday, 28 January 2020


Image result for cheat political

Meta l-Ħallelin.

Meta l-ħalelin jidħlulna fi djarna
Jew jitilgħu fuq il-bjut ta’ fuq rasna
Minn fejn joqgħodu jittawlu għal isfel
U lilna jibdew jaħsbuna dud tal-art
Aħna nibqgħu ċassi
Ma ngħidu xejn
U kollox jibqa’ għaddej
Bħall-ilma ġieri
Inkella nħarsu n-naħħa l-oħra
Biex lanqas biss naraw
Dak li kulħadd qed jara.

Meta jiġri hekk kulħadd ikun mixtri
Jew kullħadd ikkundannat
Għax mixli fil-kompliċita’
F’purċissjoni tal-wieħed wara l-ieħor
Lejn il-kamp tal-konċentrament.

Meta nqallbu biss il-fossa
U tal-qiegħ jitla’ fil-wiċċ
Ma nkunu għamilna ebda qliegħ
Għaliex kollox riċiklat
U kollox ikun indara.

Alfred Grech
28/01/2020.

No comments:

Post a Comment