Inħars Lejk
Inħares lejk inħares fiha nnifsi
U rrid inreġġa lura l-pass l-għamilt
Bex nara jekk tassew l-uġih li jfieri
Huwiex bizzilla fina li nsiġt jien.
Irrid inkejjel lura l-passi kollha
Pass, pass biex nara inti fejn kont bqajt
U għaliex il-punt tat-tluq evanexxenti
Jew jek kien l-ewwel pass li kien żbaljat.
Illum li lanqas għadni naf mnejn tlaqna
Li tibqa ċass ma tagħmel xejn ħażin
Kull kif tiżbalja ma kull kolp li tieħu
In-naħħa l-oħra tidher wisq aħjar.
Irrid intir ’l-fuq mis-sħab fil-għoli,
Irrid inkejjel kobor l-univers
Irrid nitwieled f’art li lilek welldet
U nar kif sirt taħseb biss għalik.
Alfred Grech
15/01/2020.
No comments:
Post a Comment